Deskrizzjoni

Meta jkun hemm talba għal armar ta’ damask jew artali fi żmien li mhux soltu jsir, il-kappillan irid jibgħat ir-rikors skond il-proċedura t’hawn taħt.

Proċedura

A. Leadtime ta' meta jintbagħat ir-rikors:

Mil-inqas 6 xhur qabel.

B. Il-kontenut tar-rikors:
  1. It-talba sabiex isir l-armar fiż-żmien mitlub.
  2. Id-dettalji tal-armar konċernat.
  3. Id-dati/ġranet tal-festa/ġurnata tal-okkażjoni meta s-soltu jsir l-armar.
  4. Id-dati/ġranet tal-festa/ġurnata tal-okkażjoni meta qed jintalab li jsir l-armar.
  5. Ir-raġunijiet għalfejn dawn it-tibdiliet qed jintalbu.
  6. Kopja tal-minuta/i li saret konsultazzjoni ma’:
    1. Il-Presbiterju parrokkjali
    2. Il-Kunsill Pastorali Parrokkjali (KPP)
    3. Il-Kunsill Ekonomiku Parrokkjali (KEP)
C. Ir-rikors:
  1. Il-kappillan jikteb ir-rikors [Niżżel template ta’ Rikors]
  2. Jipprintjah fuq letter head tal-parroċċa.
  3. Jiffirmah u jittimbrah.
  4. Jehmeż id-dokumenti kollha indikati fir-rikors.
  5. Jindirizza l-envelope lill-Kanċillier u jwasslu fir-reception tal-Kurja.