Deskrizzjoni

Proċeduri marbuta mar-reġistri tal-parroċċa.

Proċeduri

  1. Ir-reġistri li kull kappillan għandu jara li jinżammu aġġornati huma:
    1. Magħmudijiet
    2. Magħmudijiet tat-tfal adottati
    3. Griżma tal-Isqof
    4. Żwiġijiet
    5. Funerali

  2. Dak kollu li jiġi rreġistrat fir-reġistri tal-parroċċa,  għandu jiddaħħal fis-sistema tal-Parish Management pm.knisja.mt flimkien mad-dokumenti annessi mar-reġistri (eż. formoli tar-reġistrazzjoni għas-sagramenti, ċertifikati tat-twelid, burial permits, eċċ.).
  3. Tibdil ta’ dettalji fir-reġistri
    1. Bidliet ta’ dettalji fir-reġistri uffiċċjali tal-parroċċa isiru biss permezz ta’ rikors mibgħut lill-Kanċellerija tal-Kurja. Il-Kanċellerija, wara li tiproċessa r-rikors, tibgħat tavżak xi jrid jinkiteb fir-reġistru.
Dokumenti