Deskrizzjoni

Proċeduri marbuta mal-intenzjonijiet tal-quddies.

Proċedura

  1. Ħu nota fuq ktieb apposta tal-intenzjonijiet.
  2. Niżżel l-isem, il-kunjom, il-ħin u d-data li fih ser titqaddes il-quddiesa għal dik l-intenzjoni.
  3. Persuna waħda tista’ tagħmel intenzjoni għal persuna waħda jew aktar għal quddiesa waħda.
  4. L-offerta/donazzjoni suġġerita hija ta’ €5. Il-persuna li tkun qed tagħmel l-intenzjoni, minn rajha u jekk tkun tixtieq, tista’ tagħti iktar minn hekk.

Tfakkira

Il-kappillani għandhom id-dmir li nhar ta’ Ħadd u fil-festi tal-obbligu tas-smigħ tal-quddies, joffru quddiesa għal dawk, ħajjin u mejtin, membri tal-komunità afdata lilhom.

Dokumenti