- Proċeduri
- Aġġornata:
Deskrizzjoni
Proċeduri marbuta mas-sagrament tal-Griżma tal-Isqof partikolari.
Proċeduri
A. Riti tal-Griżma tal-Isqof li jsiru b'urġenza
- Riti tal-Griżma tal-Isqof li, minħabba l-ħtieġa, jiġu ċċelebrati fl-Isptar Mater Dei, għandhom jiġu reġistrati fir-reġistru tal-parroċċa tad-domiċilju (iġifieri ta’ fejn joqgħod il-kandidat).
- Il-Kappillani fl-Isptarijiet għandhom iżommu nota tal-Griżma u jgħaddu d-dettalji lill-Kappillani tad-domiċilju.
B. Kandidat mgħammed barra minn Malta
- F’każ ta’ persuni li jirċievu l-Griżma tal-Isqof f’parroċċa f’Malta filwaqt li kienu mgħammda barra minn Malta, il-Kappillan huwa responsabbli wkoll li jinforma lill-parroċċa barra minn Malta dwar dan is-Sagrament.
Ċ. Il-post taċ-ċelebrazzjoni
- Iċ-ċelebrazzjoni tal-Griżma tal-Isqof għanda ssir dejjem fi Knisja.
D. Min jamministra s-sagrament tal-Griżma tal-isqof
- Iċ-ċelebrazzjoni tal-Griżma tal-Isqof tkun iċċelebrata mill-Ordinarju tal-post jew minn delegat li jappunta hu.


