- Rikorsi
- Aġġornata:
Deskrizzjoni
Meta jkun ser isir proġett fil-parroċċa, il-kappillan irid jibgħat ir-rikors skond il-proċedura t’hawn taħt.
Proċedura
A. Leadtime ta' meta jintbagħat ir-rikors:
Mil-inqas Sena qabel.
B. Il-kontenut tar-rikors:
- It-talba għall-proġett.
- Id-dettalji tal-proġett spjegati b’mod dettaljat (ħtieġa, skopijiet, fażijiet, żmien meħtieġ eċċ.).
- Pjan ta’ kontinġenza.
- Indikazzjoni tal-finanzjamnet tal-proġett: mill-fondi tal-parroċċa, minn ġbir speċjali, benefatturi u/jew skemi governattivi/Ewropej.
- 3 stimi tal-ispejjeż tal-proġett.
- Dokumentazzjoni tal-proġett (pjanti, ritratti, eċċ.).
- Kopja tal-minuta/i li saret konsultazzjoni ma’:
- Il-Presbiterju parrokkjali
- Il-Kunsill Pastorali Parrokkjali (KPP)
- Il-Kunsill Ekonomiku Parrokkjali (KEP)
C. Ir-rikors:
- Il-kappillan jikteb ir-rikors [Niżżel template ta’ Rikors]
- Jipprintjah fuq letter head tal-parroċċa.
- Jiffirmah u jittimbrah.
- Jehmeż id-dokumenti kollha indikati fir-rikors.
- Jindirizza l-envelope lill-Kanċillier u jwasslu fir-reception tal-Kurja.


