Deskrizzjoni

Meta jkun ser isir proġett fil-parroċċa, il-kappillan irid jibgħat ir-rikors skond il-proċedura t’hawn taħt.

Proċedura

A. Leadtime ta' meta jintbagħat ir-rikors:

Mil-inqas Sena qabel.

B. Il-kontenut tar-rikors:
  1. It-talba għall-proġett.
  2. Id-dettalji tal-proġett spjegati b’mod dettaljat (ħtieġa, skopijiet, fażijiet, żmien meħtieġ eċċ.).
  3. Pjan ta’ kontinġenza.
  4. Indikazzjoni tal-finanzjamnet tal-proġett: mill-fondi tal-parroċċa, minn ġbir speċjali, benefatturi u/jew skemi governattivi/Ewropej.
  5. 3 stimi tal-ispejjeż tal-proġett.
  6. Dokumentazzjoni tal-proġett (pjanti, ritratti, eċċ.).
  7. Konferma li il-kappillan tal-parroċċa li tagħha il-kappella/knisja hija filjali ġie infurmat bil-proġett.
  8. Kopja tal-minuta/i li saret konsultazzjoni ma’:
    1. Il-Presbiterju parrokkjali
    2. Il-Kunsill Pastorali Parrokkjali (KPP)
    3. Il-Kunsill Ekonomiku Parrokkjali (KEP)
C. Ir-rikors:
  1. Il-kappillan jikteb ir-rikors [Niżżel template ta’ Rikors]
  2. Jipprintjah fuq letter head tal-parroċċa.
  3. Jiffirmah u jittimbrah.
  4. Jehmeż id-dokumenti kollha indikati fir-rikors.
  5. Jindirizza l-envelope lill-Kanċillier u jwasslu fir-reception tal-Kurja.