Deskrizzjoni

Meta jkun hemm bżonn li ssir addenda/i jew żieda/żidiet f’rikors li diġá ġie ppreżentat, il-kappillan irid jerġa jibgħat ir-rikors skond il-proċedura t’hawn taħt.

Proċedura

A. Leadtime ta' meta jintbagħat ir-rikors:

Mil-inqas Xahar qabel.

B. Il-kontenut tar-rikors:
  1. Jintbagħat ir-rikors oriġinali bl-addenda/i miżjuda.
  2. Id-dokumenti li kienu annessi fir-rikors oriġinali emendati/miżjuda kif meħtieġ skond il-każ.
  3. Kopja tal-minuta/i li saret konsultazzjoni ma’:
    1. Il-Presbiterju parrokkjali
    2. Il-Kunsill Pastorali Parrokkjali (KPP)
    3. Il-Kunsill Ekonomiku Parrokkjali (KEP)
C. Ir-rikors:
  1. Il-kappillan jikteb ir-rikors [Niżżel template ta’ Rikors]
  2. Jipprintjah fuq letter head tal-parroċċa.
  3. Jiffirmah u jittimbrah.
  4. Jehmeż id-dokumenti kollha indikati fir-rikors.
  5. Jindirizza l-envelope lill-Kanċillier u jwasslu fir-reception tal-Kurja.