- Rikorsi
- Aġġornata:
Deskrizzjoni
Meta l-parroċċa tiċievi donazzjoni ta’ oġġetti sagri (pitturi, artifatti, statwi, eċċ.) li l-valur tagħha huwa iktar minn €5,000 il-kappillan irid jagħmel rikors skond il-proċedura t’hawn taħt.
Proċedura
A. Leadtime ta' meta jintbagħat ir-rikors:
Mil-inqas 3 xhur qabel.
B. Il-kontenut tar-rikors:
- It-talba sabiex id-donazzjoni tkun tista’ tintlaqa mill-parroċċa.
- Deskrizzjoni dettaljata tal-oġġett/i.
- Ritratti tal-oġġett/i.
- Id-dettalji tad-donatur:
- Isem u kunjom
- Numru tal-Karta tal-identità/Passaport
- Indirizz
- Mobile u email
- Rapport ta’ kif id-donatur ġie fil-pussess tal-oġġett.
- Stima tal-valur tal-oġġett.
- Draft tal-att notarili tad-donazzjoni.
- Kopja tal-minuta/i li saret konsultazzjoni ma’:
- Il-Presbiterju parrokkjali
- Il-Kunsill Pastorali Parrokkjali (KPP)
- Il-Kunsill Ekonomiku Parrokkjali (KEP)
C. Ir-rikors:
Il-proċedura tieqaf hawn.
- Il-kappillan jikteb ir-rikors [Niżżel template ta’ Rikors]
- Jipprintjah fuq letter head tal-parroċċa.
- Jiffirmah u jittimbrah.
- Jehmeż id-dokumenti kollha indikati fir-rikors.
- Jindirizza l-envelope lill-Kanċillier u jwasslu fir-reception tal-Kurja.


