Archives

Griżma tal-Isqof partikolari u informazzjoni oħra

Deskrizzjoni

Proċeduri marbuta mas-sagrament tal-Griżma tal-Isqof partikolari.

Proċeduri

A. Riti tal-Griżma tal-Isqof li jsiru b'urġenza
  1. Riti tal-Griżma tal-Isqof li, minħabba l-ħtieġa, jiġu ċċelebrati fl-Isptar Mater Dei, għandhom jiġu reġistrati fir-reġistru tal-parroċċa tad-domiċilju (iġifieri ta’ fejn joqgħod il-kandidat).
  2. Il-Kappillani fl-Isptarijiet għandhom iżommu nota tal-Griżma u jgħaddu d-dettalji lill-Kappillani tad-domiċilju.
B. Kandidat mgħammed barra minn Malta
  1. F’każ ta’ persuni li jirċievu l-Griżma tal-Isqof f’parroċċa f’Malta filwaqt li kienu mgħammda barra minn Malta, il-Kappillan huwa responsabbli wkoll li jinforma lill-parroċċa barra minn Malta dwar dan is-Sagrament.
Ċ. Il-post taċ-ċelebrazzjoni
  1. Iċ-ċelebrazzjoni tal-Griżma tal-Isqof għanda ssir dejjem fi Knisja.
D. Min jamministra s-sagrament tal-Griżma tal-isqof
  1. Iċ-ċelebrazzjoni tal-Griżma tal-Isqof tkun iċċelebrata mill-Ordinarju tal-post jew minn delegat li jappunta hu.
Dokumenti

Griżma tal-Isqof

Deskrizzjoni

Proċeduri marbuta mas-sagrament tal-Griżma tal-Isqof.

Proċedura

Sabiex persuna (kandidat) tkun tista’ tirċievi is-sagrament tal-Griżma tal-Isqof:

  • Trid tkun mgħammda.
  • Trid tkun għalqet 12-il sena jew iżjed, fl-istess sena li ssir il-Griżma.
  • Segwiet kors ta’ tagħlim/katekiżmu li jwasslu għall-qrar u t-tqarbin.
  • Segwiet kors ta’ tagħlim/katekiżmu li jwasslu għas-Sagrament tal-Griżma tal-Isqof.
A. Dokumenti meħtieġa
  1. Iċ-Ċertifikat tat-Twelid tal-Insinwa (il-kbir A3) tal-kandidat.
  2. Ċertifikat tal-Magħmudija tal-kandidat.
  3. Il-Karti tal-Identità tal-ġenituri.
  4. Jekk il-kandidat agħmel il-katekiżmu f’parroċċa/ċentru ieħor:
    1. Nota ta’ attendenza mill-parroċċa/ċentru/MUSEUM li juru li l-kandidat verament tħejja biex jirċievi dan is-sagrament.
    2. Permess mill-kappillan tal-parroċċa fejn għamel il-katekiżmu.
  5. Fil-każ ta’ ġenituri separati, adottivi jew kustodji legali, id-digriet tal-kustodja tal-qorti ċivili.
  6. Jekk il-kandidat se jagħmel il-Griżma f’parroċċa oħra: Il-formula Permess biex sagrament jiġi amministrat f’parroċċa oħra. [ Niżżel il-formola ]
B. Reġistrazzjoni
  1. Imla l-formula Informazzjoni għar-Reġistrazzjoni tas-Sagrament tal-Griżma tal-isqofNiżżel il-formola ]
  2. Itlob lill-ġenitur/i jiffirmaw il-formula.
  3. Spjega l-għażla u r-reġistrazzjoni tal-parrinu/a:
    1. Il-ġenituri jridu jagħżlu persuna li taqdi r-rwol ta’ parrinu/a. Din trid tkun:
      1. Raġel jew mara, li mhux il-missier jew l-omm tal-adoloxxenti.
      2. Minn 16-il sena ‘l fuq.
      3. Għamlet il-Magħmudija u l-Griżma tal-Isqof.
      4. Tgħix it-tagħlim Nisrani, titlob u tirċievi regolarment is-Sagramenti tal-Qrar u t-Tqarbin.
      5. Tifhem id-dover tiegħu/tagħha li tgħin lill-ġenituri fir-responsabbiltà tagħhom li jgħinu lil uliedhom biex jikbru fil-fidi Nisranija, iħarsu l-kmandamenti u t-tagħlim Kattoliku u jħobbu lill-proxxmu kif għallimna Ġesù.
    2. Agħtihom kopja tal-formola Dikjarazzjoni tal-parrinu/aNiżżel il-formola ] sabiex timtela mill-parrinu/a u terġa tinġieb fl-uffiċċju parrokkjali.
  4. Informa lill-ġenituri bid-data u l-ħin tal-Griżma, il-proċeduri ta’ ritratti u filmati u d-dettalji tal-laqgħat ta’ preparazzjoni għall-ġenituri u l-parrini.
Ċ. Wara li ssir il-Griżma tal-Isqof
  1. Irreġistra il-Griżma fir-reġistru tal-Griżma tal-Isqof.
  2. Niżżel nota marġinali fir-reġistru tal-Magħmudija.
  3. Daħħal ir-reġistrazzjoni fis-sistema tal-Parish Management [ Iftaħ is-sistema].
  4. Arkivja d-dokumenti kollha tar-reġistrazzjoni.
  5. Ibgħat in-Notifika li saret griżma fil‑Parroċċa tiegħek mill-User Area ta’ parrocci.knisja.mt [ Iftaħ il-link ] bid-dettalji tal-kandidati li tgħammdu f’parroċċa oħra.
Dokumenti