Archives
Żwieġ – timeline
27/03/2026- Proċeduri
- Aġġornata:
Deskrizzjoni
Timeline tal-proċeduri marbuta mas-sagrament taż-Żwieġ.
Timeline
SENTEJN QABEL IŻ-ŻWIEĠ
Booking
L-għarajjes jiġu l-uffiċċju parrokkjali sabiex jagħmlu l-booking taż-żwieġ.
SENTEJN QABEL IŻ-ŻWIEĠ
Kors ta’ tħejjija għaż-żwieġ
L-għarajjes jibbukkjaw personalment għall-kors ta’ tħejjija għaż-żwieġ mal-Moviment ta’ Kana.
4 XHUR QABEL IŻ-ŻWIEĠ
Reġistrazzjoni
L-għarajjes imorru għand il-kappillan rispettiv tagħhom sabiex jirreġistraw.
3 XHUR QABEL IŻ-ŻWIEĠ
Reġistru Pubbliku
L-għarajjes imorru r-Reġistru Pubbliku sabiex jirreġistraw iż-żwieġ tagħhom u jinħarġu it-tnidijiet ċivili.
XAHREJN QABEL IŻ-ŻWIEĠ
Uffiċċju Żwiġijiet tal-Kurja
L-għarajjes jagħmlu appuntament ma’ l-uffiċċju taż-Żwiġijiet tal-Kurja, il-Furjana.
XAHREJN QABEL IŻ-ŻWIEĠ
Tnidijiet tal-parroċċa (kanoniċi)
L-għarajjes jgħaddu iċ-ċedola taż-Żwieġ maħruġa mill-uffiċċju taż-żwieġ tal-Kurja lill-kappilani rispettivi tagħhom. Il-kappillan joħroġ it-tnidjiet tal-parroċċa.
10 IJIEM QABEL IŻ-ŻWIEĠ
Dokumenti
L-għarajjes jgħaddu iċ-ċedola taż-Żwieġ u żewġ kopji tal-Att taż-Żwieġ tar-Reġistru Pubbliku lill-kappillan fejn se jsir iż-żwieġ.
JUM IŻ-ŻWIEĠ
Is-sagrament taż-Żwieġ
Jiġi ċċelebrat is-sagrament taż-żwieġ. Jiġi ffirmat l-att taż-żwieġ.
SA 5 IJIEM WARA Ż-ŻWIEĠ
L-Att ta’ Żwieġ lir-Reġistru Pubbliku
Il-kappillan jibgħat l-Att taż-żwieġ iffirmat u ttimbrat lir-Reġistru Pubbliku fi żmien ta’ mhux aktar minn ħamest ijiem miċ-ċelebrazzjoni taż-żwieġ.
WARA Ż-ŻWIEĠ
Reġistru taż-Żwieġ tal-Parroċċa
Iż-żwieġ jiġi rreġistrat fir-reġistri tal-parroċċa u fis-sistema tal-Parish Management flimkien mal-arkivjar tad-dokumenti annessi.
Il-proċedura tieqaf hawn.
Dokumenti
L-intenzjoni tal-quddies
27/03/2026- Proċeduri
- Aġġornata:
Deskrizzjoni
Proċeduri marbuta mal-intenzjonijiet tal-quddies.
Proċedura
- Ħu nota fuq ktieb apposta tal-intenzjonijiet.
- Niżżel l-isem, il-kunjom, il-ħin u d-data li fih ser titqaddes il-quddiesa għal dik l-intenzjoni.
- Persuna waħda tista’ tagħmel intenzjoni għal persuna waħda jew aktar għal quddiesa waħda.
- L-offerta/donazzjoni suġġerita hija ta’ €5. Il-persuna li tkun qed tagħmel l-intenzjoni, minn rajha u jekk tkun tixtieq, tista’ tagħti iktar minn hekk.
Tfakkira
Il-kappillani għandhom id-dmir li nhar ta’ Ħadd u fil-festi tal-obbligu tas-smigħ tal-quddies, joffru quddiesa għal dawk, ħajjin u mejtin, membri tal-komunità afdata lilhom.
Il-proċedura tieqaf hawn.
Dokumenti
Reġistri tal-parroċċa
27/03/2026- Proċeduri
- Aġġornata:
Deskrizzjoni
Proċeduri marbuta mar-reġistri tal-parroċċa.
Proċeduri
- Ir-reġistri li kull kappillan għandu jara li jinżammu aġġornati huma:
- Magħmudijiet
- Magħmudijiet tat-tfal adottati
- Griżma tal-Isqof
- Żwiġijiet
- Funerali
- Dak kollu li jiġi rreġistrat fir-reġistri tal-parroċċa, għandu jiddaħħal fis-sistema tal-Parish Management pm.knisja.mt flimkien mad-dokumenti annessi mar-reġistri (eż. formoli tar-reġistrazzjoni għas-sagramenti, ċertifikati tat-twelid, burial permits, eċċ.).
- Tibdil ta’ dettalji fir-reġistri
- Bidliet ta’ dettalji fir-reġistri uffiċċjali tal-parroċċa isiru biss permezz ta’ rikors mibgħut lill-Kanċellerija tal-Kurja. Il-Kanċellerija, wara li tiproċessa r-rikors, tibgħat tavżak xi jrid jinkiteb fir-reġistru.
Il-proċedura tieqaf hawn.
Dokumenti
Katekiżmu
26/03/2026- Proċeduri
- Aġġornata:
Deskrizzjoni
Proċeduri marbuta mat-tagħlim tal-Katekiżmu offrut mill-parroċċa jew mill-fergħat tal-MUSEUM.
Proċedura
Katekiżmu offrut mill-parroċċa
A. Dokumenti meħtieġa għar-reġistrazzjoni- Iċ-Ċertifikat tal-Magħmudija maħruġ mill-parroċċa fejn tgħammed it-tifel/tifla.
- Iċ-Ċertifikat tat-Twelid tat-tifel/tifla.
- Il-karta tal-identità tal-ġenituri.
- Jekk it-tifel/tifla ma joqgħodx fil-parroċċa tiegħek: il-formula Applikazzjoni għall-Programm ta’ Katekeżi Barra mill-Parroċċa mimlija mill-kappillan ta’ dik il-parroċċa [Niżżel il-formola]
- Jekk kien jattendi katekiżmu f’xi ċentru jew parroċċa oħra: nota tal-attendenza.
- Id-digriet ċivili tal-kustodja legali fil-każ ta’ ġenituri adottivi, foster parents jew kustodji legali.
B. Reġistrazzjoni
- Il-ġenituri jimlew il-formula Applikazzjoni għall-Programm ta’ Katekeżi għat-tfal [Niżżel il-formula]
- Juruk il-karti tal-identità tagħhom u qabbilhom ma’ dawk tal-formola. IMPORTANTI li ma jinżammux kopji tal-karti tal-identità fl-arkivju tal-parroċċa minħabba il-liġijiet tal-privatezza tad-data (GDPR).
- Miċ-ċertifikat tat-twelid tat-tifel/tifla:
- Ara li ż-żewġ ġenituri huma mniżżla fiċ-ċertifikat
- Jekk hemm ġenitur wieħed mniżżel, dak il-ġenitur irid jiffirma
- Jiffirmaw il-formola tar-reġistrazzjoni quddiem il-kappillan jew rappreżentant tal-parroċċa:
- Jekk żewġ ġenituri, iridu jiffirmaw it-tnejn. M’hemmx għalfejn li ż-żewġ ġenituri jkunu preżenti fl-istess ġurnata u ħin.
- Jekk ġenitur wieħed jiffirma/tiffirma
- Agħti l-informazzjoni meħtieġa dwar is-servizz tal-katekiżmu.
- Informa lill-ġenituri li l-attendenza għall-katekiżmu hija importanti u li t-tifel/tifla jeħtieġ li jattendi 75% tal-lezzjonijiet
Ċ. Arkivjar tad-dokumentazzjoni
Huwa importanti ħafna li d-dokumentazzjoni kollha użata fir-reġistrazzjoni tinżamm fl-arkivju parrokkjali. Dawn id-dokumenti huma importanti minħabba li jintużaw għal reġistrazzjonijiet oħra u l-Parish Management, fosthom tas-sagrament tal-Griżma.
Katekiżmu offrut mill-MUSEUM Subien
It-tfal subien li se jattendu il-katekiżmu offrut mill-MUSEUM Subien iridu:
- Jirreġistraw fl-uffiċċju parrokkjali kif spjegat fit-tab “Parroċċa”
- Jirreġistraw ukoll fil-qasam tal-MUSEUM subien.
Katekiżmu offrut mill-MUSEUM Bniet
A. Dokumenti meħtieġa għar-reġistrazzjoni- Iċ-Ċertifikat tal-Magħmudija maħruġ mill-parroċċa fejn tgħammed it-tifla.
- Iċ-Ċertifikat tat-Twelid tat-tifla.
- Il-karta tal-identità tal-ġenituri.
- Jekk it-tifla ma toqgħodx fil-parroċċa tiegħek: il-formula Applikazzjoni għall-Programm ta’ Katekeżi Barra mill-Parroċċa mimlija mill-kappillan ta’ dik il-parroċċa [Niżżel il-formola]
- Jekk kienet tattendi katekiżmu f’xi ċentru jew parroċċa oħra: nota tal-attendenza.
- Id-digriet ċivili tal-kustodja legali fil-każ ta’ ġenituri adottivi, foster parents jew kustodji legali.
B. Reġistrazzjoni
- Il-ġenituri jimlew il-formula Applikazzjoni għall-Programm ta’ Katekeżi tat-tfal – MUSEUM Sezzjoni Femminili [Niżżel il-formula]
- Juruk il-karti tal-identità tagħhom u qabbilhom ma’ dawk tal-formola. IMPORTANTI li ma jinżammux kopji tal-karti tal-identità fl-arkivju tal-parroċċa minħabba il-liġijiet tal-privatezza tad-data (GDPR).
- Miċ-ċertifikat tat-twelid tat-tifla:
- Ara li ż-żewġ ġenituri huma mniżżla fiċ-ċertifikat
- Jekk hemm ġenitur wieħed mniżżel, dak il-ġenitur irid jiffirma
- Jiffirmaw il-formola tar-reġistrazzjoni quddiem il-kappillan jew rappreżentant tal-parroċċa:
- Jekk żewġ ġenituri, iridu jiffirmaw it-tnejn. M’hemmx għalfejn li ż-żewġ ġenituri jkunu preżenti fl-istess ġurnata u ħin.
- Jekk ġenitur wieħed jiffirma/tiffirma
- Għall-informazzjoni meħtieġa dwar is-servizz tal-katekiżmu itlobhom jikkuntattjaw lill-qasam tal-MUSEUM tal-Bniet.
- Informa lill-ġenituri li l-attendenza għall-katekiżmu hija importanti u li t-tifla jeħtieġ li tattendi 75% tal-lezzjonijiet
Ċ. Arkivjar tad-dokumentazzjoni
Huwa importanti ħafna li d-dokumentazzjoni kollha użata fir-reġistrazzjoni tinżamm fl-arkivju parrokkjali. Dawn id-dokumenti huma importanti minħabba li jintużaw għal reġistrazzjonijiet oħra u l-Parish Management, fosthom tas-sagrament tal-Griżma.
Attendenza
- Huwa importanti ħafna li tittieħed l-attendenza għal kull tifel/tifla li jattendi l-katekiżmu.
- Fl-aħħar tas-sena kateketika, u meta jinħtieġ, timtela din il-formola tal-Attendenza [Malti] li turi l-perċentwali tal-attendenza tat-tifel/tifla.
Il-proċedura tieqaf hawn.
Dokumenti
Magħmudijiet partikolari u informazzjoni oħra
26/03/2026- Proċeduri
- Aġġornata:
Deskrizzjoni
Proċeduri marbuta mas-sagrament tal-Magħmudija f’każijiet partikolari.
Proċedura
- Magħmudija ta’ persuna minn knejjes u komunitajiet ekkleżjali oħra
- Persuna li ġejja minn knisja jew komunitajiet ekkleżjastiċi oħra u hija mgħammda, ikkuntattja lill-Vigarju Ġenerali sabiex tikkonsulta miegħu dwar il-validità tal-Magħmudija tagħha.
- Magħmudija ta’ persuni ikkonvertiti (converts)
F’każ li persuna tkun irċeviet il-Magħmudija f’xi waħda mill-komunitajiet ekkleżjali li mhumiex f’għaqda sħiħa mal-Knisja, m’għandhiex terġa tiġi ċelebrata l-Magħmudija, imma l-persuna tiġi mitluba tagħmel stqarrija tal-Fidi skont il-formola apposta.
- Tarbija li tkun irċeviet il-Magħmudija b’mod urġenti l-isptar
- Jekk Magħmudija tkun saret b’urġenza imma b’mod validu din qatt ma terġa’ tiġi ripetuta.
- Tista’ però ssir ċelebrazzjoni bir-riti partikulari li ma jkunux saru minħabba l-urġenza tal-każ (din iċ-ċelebrazzjoni qegħda indikata fil-kotba liturġiċi).
- Magħmudijiet li jiġu ċċelebrati fi sptar għandhom jiġu rreġistrati fir-Reġistru tal-Parroċċa ta’ fejn toqgħod it-tarbija (magħrufa wkoll bħala tad-Domiċilju).
- Il-kappillani fl-isptar jżommu nota tal-magħmudija urġenti.
- Dubju dwar il-validità tal-magħmudija
- F’każ ta’ dubju reali dwar il-validità tal-Magħmudija importanti li tivverifika mal-kanċellerija (fuq 2590 6140 jew email lil [email protected]) biex jekk ikun il-każ issir il-Magħmudija b’kundizzjoni.
- Magħmudija ta’ trabi ta’ ġenituri li formalment abbandunaw il-fidi
F’dan il-każ, ma tistax issir il-Magħmudija sakemm:
Almenu wieħed mill-ġenituri li għamel it-talba ma jkunx irrikonċilja ruħu mal-Knisja Kattolika u jagħti tama soda dwar it-trobbija Nisranija tat-tarbija.
Jekk il-ġenituri jkunu neqsin ħafna fit-tagħlim Nisrani, dawn għandhom jingħataw katekeżi qabel ma ssir iċ-ċelebrazzjoni tal-Magħmudija.
Il-proċedura tieqaf hawn.
Dokumenti
Magħmudija ta’ Adult
26/03/2026- Proċeduri
- Aġġornata:
Deskrizzjoni
Proċedura marbuta mas-sagrament tal-Magħmudija ta’ Adult.
Proċedura
- Meta ssirlek talba sabiex persuna adulta titgħammed, irreferiha mal-ewwel mal-Christian Initiation for Adults (jew RCIA):
- Żur is-sit: https://welcome.church.mt/
- Kuntatt: 2590 6151
- Email: [email protected]
- Jekk il-persuna tkun diġà tkellmet ma’ saċerdot jew persuna li tkun qed takkumpanjaha f’din il-mixja, tista’ timtela din il-formola online: https://welcome.church.mt/accompanying-an-enquirer/
Il-proċedura tieqaf hawn.
Dokumenti
Magħmudija ta’ Minorenni – ġenituri adottivi jew foster parents
26/03/2026- Proċeduri
- Aġġornata:
Deskrizzjoni
Proċeduri marbuta mas-sagrament tal-Magħmudija ta’ Minorenni meta l-ġenituri huma ġenituri adottivi jew foster parents.
Jekk il-ġenituri huma ġenituri naturali jew kustodji legali agħfas hawn.
Proċedura
Jekk il-ġenituri tal-minorenni:
- Huma mgħammda fil-Knisja Kattolika kompli bil-proċedura t’hawn taħt.
- Jagħmlu parti minn knisja jew komunità ekkleżjali li mhix f’għaqda sħiħa mal-Knisja Kattolika: ikkonsulta mal-Vigarju Ġenerali dwar il-validità tal-Magħmudija tagħhom.
- Formalment abbandunaw il-fidi, ma tistax issir il-Magħmudija sakemm almenu wieħed mill-ġenituri li għamel it-talba ma jkunx irrikonċilja ruħu mal-Knisja Kattolika u jagħti tama soda dwar it-trobbija Nisranija tal-minorenni. Jekk il-ġenituri jkunu neqsin ħafna fit-tagħlim Nisrani, dawn għandhom jingħataw katekeżi qabel ma ssir iċ-ċelebrazzjoni tal-Magħmudija.
A. Dokumenti meħtieġa mingħand il-ġenituri
- Iċ-Ċertifikat tat-Twelid tal-minorenni biex jinżamm fl-uffiċċju parrokkjali u traduzzjoni tiegħu bl-Ingliż.
- Il-Karti tal-Identità tagħhom.
- Fil-każ ta’ ġenituri adottivi: iċ-ċertifikat taż-Żwieġ.
- Id-digriet tal-Qorti Maltija dwar l-adozzjoni jew il-fostering.
- Jekk il-minorenni ma jogħqodx fil-parroċċa tiegħek: il-formola Permess biex sagrament jiġi amministrat f’parroċċa oħra mill-kappillan tal-parroċċa fejn joqgħod il-minorenni Niżżel il-formola
B. Rikors
- Agħmel rikors il-Kurja.
- Għal dan ir-rikors hemm bżonn id-dokumenti mitluba diġà lill-ġenituri.
- F’każ li d-digriet tal-qorti ikun għadu ma ħariġx, fir-rikors għandu jinkiteb li d-digriet għadu ma nħariġx u irid jintalab permess mill-ordinarju biex il-magħmudija ssir.
- Jekk ir-rikors jintlaqa’ u jinħareġ id-digriet, agħmel appuntament mal-ġenituri sabiex jirreġistraw il-minorenni.
Għall-pariri meħtieġa ċempel lill-Kanċillier Dun Charles Bugeja fuq 2590 6140 jew ibgħat email fuq [email protected]
C. Mili u iffirmar tal-formula tar-reġistrazzjoni
- Imla id-dettalji u l-kunsensi kollha tal-formola Talba għas-Sagrament tal-Magħmudija ta’ Minorenni (magħruf ukoll bħala Prima Manus) [Niżżel il-formola]. Dan huwa fillable PDF li għandu jimtela minn kompjuter jew laptop.
- Ipprintja l-PDF.
- Itlob il-karti tal-Identità lil ġenituri u jqabbilhom mal-formola. Importanti li ma jittiħdux kopji tal-Karti tal-Identità minħabba il-li[ijiet tal-protezzjoni tad-data (GDPR).
- Itlob lill-ġenituri jiffirmaw.
- Iċċekkja li d-dokumenti kollha li ġabu l-ġenituri huma skond kif imniżżla fis-sezzjoni A iktar ‘il fuq f’din il-paġna. Jekk dawn huma tajbin, iffajljahom.
D. Il-parrinu/i u d-dikjarazzjoni tagħhom
- Spjega lill-ġenituri li jridu jagħżlu persuna jew tnejn li jaqdu r-rwol ta’ parrini.
- Il-parrinu/i iridu jkunu mgħammda.
- Jekk Parrinu wieħed:
- Jekk il-ġenituri huma raġel u mara, il-parrinu jista’ jkunu raġel jew mara.
- Jekk il-ġenituri huma żewġt irġiel, il-parrina trid tkun mara.
- Jekk il-ġenituri huma żewġ nisa, il-parrinu jrid ikun raġel.
- Jekk Żewġ parrini:
- F’kull każ, il-parrini jridu jkunu raġel u mara (mhux żewġt irġiel jew żewġ nisa).
- Jekk wieħed/waħda miż-żewġ parrini huwa mgħammed imma mhux Kattoliku (eż. Ortodoss) jista jkun xhud mal-parrinu/a l-oħra.
- Id-dover tal-parrini hu li jgħinu lill-ġenituri fir-responsabbiltà tagħhom li jrabbu lil uliedhom fil-fidi Nisranija.
- Tihom kopja tal-formola Dikjarazzjoni tal-parrinu/a Niżżel il-formola għal kull parrinu/a sabiex timtela u terġa tinġieb fl- uffiċċju parrokkjali.
E. Il-preparazzjoni tal-ġenituri
- Jekk il-minorenni jgħix fil-parroċa tiegħek: ftihem magħhom kif u meta se ssir il-preparazzjoni.
- Jekk il-minorenni jgħix f’parroċċa oħra, il-preparazzjoni tal-ġenituri issir mill-kappillan ta’ dik il-parroċċa.
- Importanti: Jistgħu jiġu eżentati biss mill-preparazzjoni dawk il-ġenituri li jkunu morda fit-tul jew imsefrin.
F. Dettalji tal-magħmudija u tar-rit
Noti Importanti
- Il-Magħmudijiet jistgħu isiru kemm fil-quddiesa u kemm ir-rit mingħajr il-quddiesa. Tkun ħaġa sabiħa li ssir kif issir, dejjem issir fil-komunità u mal-komunità.
- Jekk il-magħmudija se ssir bl-immersjoni:
- Tingħata spjega tar-rit u tifsira tal-immersjoni.
- L-immersjoni trid issir billi l-persuna kollha jew almenu rasha tiġi mgħaddsa miċ-ċelebrant fl-ilma għal tliet darbiet mal-invokazzjoni tat-Trinità Qaddisa.
- Irid ikun hemm vaska jew reċipjent ieħor li jkun dekoruż u mingħajr periklu għas-saħħa ta’ min ser jitgħammed.
- Il-minorenni/tarbija li se titgħammed għandha tkun liebsa b’mod xieraq.
- Informa lill-ġenituri bid-data ta’ meta se ssir il-magħmudija
- Spjega x’għandhom bżonn għaċ-ċelebrazzjoni tas-sagrament:
- Il-minorenni jitlibbes l-abjad u jġibu xalla bajda.
- Il-ġenituri u l-qraba għandhom jilbsu ilbies xieraq għad-Dar t’Alla.
- Li jersqu għas-sagrament tal-qrar qabel il-magħmudija.
- Jiġu nfurmati bir-regoli tal-parroċċa dwar il-ġbid ta’ ritratti u video.
F. Wara li ssir l-Magħmudija
- Fit-Talba għas-Sagrament tal-Magħmudija (il-Prima Manus) imla s-sezzjoni Użu tal-Uffiċċju.
- Irreġistra l-magħmudija fir-Reġistru tal-Magħmudija.
- Daħħal ir-reġistrazzjoni fis-sistema tal-Parish Management [Iftaħ is-sistema].
Il-proċedura tieqaf hawn.
Dokumenti
Magħmudija ta’ Minorenni – ġenituri naturali jew kustodji legali
26/03/2026- Proċeduri
- Aġġornata:
Deskrizzjoni
Proċeduri marbuta mas-sagrament tal-Magħmudija ta’ Minorenni meta l-ġenituri huma ġenituri naturali, kustodji legali jew foster parents.
Jekk il-ġenituri huma ġenituri adottivi jew foster parents agħfas hawn.
Proċedura
Jekk il-ġenituri tal-minorenni:
- Huma mgħammda fil-Knisja Kattolika kompli bil-proċedura t’hawn taħt.
- Jagħmlu parti minn knisja jew komunità ekkleżjali li mhix f’għaqda sħiħa mal-Knisja Kattolika: ikkonsulta mal-Vigarju Ġenerali dwar il-validità tal-Magħmudija tagħhom.
- Formalment abbandunaw il-fidi, ma tistax issir il-Magħmudija sakemm almenu wieħed mill-ġenituri li għamel it-talba ma jkunx irrikonċilja ruħu mal-Knisja Kattolika u jagħti tama soda dwar it-trobbija Nisranija tal-minorenni. Jekk il-ġenituri jkunu neqsin ħafna fit-tagħlim Nisrani, dawn għandhom jingħataw katekeżi qabel ma ssir iċ-ċelebrazzjoni tal-Magħmudija.
A. Dokumenti meħtieġa mingħand il-ġenituri
- Ċertifikat tat-Twelid tal-Insinwa (il-kbir A3) biex jinżamm fl-uffiċċju parrokkjali.
- Il-Karti tal-Identità tal-ġenituri.
- Jekk il-ġenituri huma kustodji legali: id-digriet ċivili/tal-qorti tal-kustodja legali.
- Jekk il-minorenni ma jogħqodx fil-parroċċa tiegħek: il-formola Permess biex sagrament jiġi amministrat f’parroċċa oħra mimlija u ffirmata mill-kappillan tal-parroċċa fejn joqgħod il-minorenni [Niżżel il-formola]
B. Mili u iffirmar tal-formula tar-reġistrazzjoni
- Agħmel appuntament mal-ġenituri biex jiġu l-uffiċċju parrokkjali
- Imla id-dettalji u l-kunsensi kollha tal-formola Talba għas-Sagrament tal-Magħmudija ta’ Minorenni (magħruf ukoll bħala Prima Manus) [Niżżel il-formola]. Dan huwa fillable PDF li għandu jimtela minn kompjuter jew laptop.
- Ipprintja l-PDF.
- Itlob il-karti tal-Identità lil ġenituri u jqabbilhom mal-formola. Importanti li ma jittiħdux kopji tal-Karti tal-Identità minħabba il-li[ijiet tal-protezzjoni tad-data (GDPR).
- Itlob lill-ġenituri jiffirmaw.
- Iċċekkja li d-dokumenti kollha li ġabu l-ġenituri huma skond kif imniżżla fis-sezzjoni A iktar ‘il fuq f’din il-paġna. Jekk dawn huma tajbin, iffajljahom.
Ċ. Il-parrinu/i u d-dikjarazzjoni tagħhom
- Spjega lill-ġenituri li jridu jagħżlu persuna jew tnejn li jaqdu r-rwol ta’ parrini.
- Il-parrinu/i iridu jkunu mgħammda.
- Jekk Parrinu wieħed:
- Jekk il-ġenituri huma raġel u mara, il-parrinu jista’ jkunu raġel jew mara.
- Jekk il-ġenituri huma żewġt irġiel, il-parrina trid tkun mara.
- Jekk il-ġenituri huma żewġ nisa, il-parrinu jrid ikun raġel.
- Jekk Żewġ parrini:
- F’kull każ, il-parrini jridu jkunu raġel u mara (mhux żewġt irġiel jew żewġ nisa).
- Jekk wieħed/waħda miż-żewġ parrini huwa mgħammed imma mhux Kattoliku (eż. Ortodoss) jista jkun xhud mal-parrinu/a l-oħra.
- Id-dover tal-parrini hu li jgħinu lill-ġenituri fir-responsabbiltà tagħhom li jrabbu lil uliedhom fil-fidi Nisranija.
- Tihom kopja tal-formola Dikjarazzjoni tal-parrinu/a Niżżel il-formola għal kull parrinu/a sabiex timtela u terġa tinġieb fl- uffiċċju parrokkjali.
D. Il-preparazzjoni tal-ġenituri
- Jekk il-minorenni jgħix fil-parroċa tiegħek: ftihem magħhom kif u meta se ssir il-preparazzjoni.
- Jekk il-minorenni jgħix f’parroċċa oħra, il-preparazzjoni tal-ġenituri issir mill-kappillan ta’ dik il-parroċċa.
- Importanti: Jistgħu jiġu eżentati biss mill-preparazzjoni dawk il-ġenituri li jkunu morda fit-tul jew imsefrin.
E. Dettalji tal-magħmudija u tar-rit
Noti Importanti
- Il-Magħmudijiet jistgħu isiru kemm fil-quddiesa u kemm ir-rit mingħajr il-quddiesa. Tkun ħaġa sabiħa li ssir kif issir, dejjem issir fil-komunità u mal-komunità.
- Jekk il-magħmudija se ssir bl-immersjoni:
- Tingħata spjega tar-rit u tifsira tal-immersjoni.
- L-immersjoni trid issir billi l-persuna kollha jew almenu rasha tiġi mgħaddsa miċ-ċelebrant fl-ilma għal tliet darbiet mal-invokazzjoni tat-Trinità Qaddisa.
- Irid ikun hemm vaska jew reċipjent ieħor li jkun dekoruż u mingħajr periklu għas-saħħa ta’ min ser jitgħammed.
- Il-minorenni/tarbija li se titgħammed għandha tkun liebsa b’mod xieraq.
- Informa lill-ġenituri bid-data ta’ meta se ssir il-magħmudija
- Spjega x’għandhom bżonn għaċ-ċelebrazzjoni tas-sagrament:
- Il-minorenni jitlibbes l-abjad u jġibu xalla bajda.
- Il-ġenituri u l-qraba għandhom jilbsu ilbies xieraq għad-Dar t’Alla.
- Li jersqu għas-sagrament tal-qrar qabel il-magħmudija.
- Jiġu nfurmati bir-regoli tal-parroċċa dwar il-ġbid ta’ ritratti u video.
F. Wara li ssir l-Magħmudija
- Fit-Talba għas-Sagrament tal-Magħmudija (il-Prima Manus) imla s-sezzjoni Użu tal-Uffiċċju.
- Irreġistra l-magħmudija fir-Reġistru tal-Magħmudija.
- Daħħal ir-reġistrazzjoni fis-sistema tal-Parish Management [Iftaħ is-sistema].
Il-proċedura tieqaf hawn.
Dokumenti
L-Ewwel Tqarbina (jew il-Praċett)
25/03/2026- Proċeduri
- Aġġornata:
Deskrizzjoni
Proċeduri marbuta mas-sagrament tal-Griżma tal-Isqof.
Proċedura
Sabiex persuna (kandidat) tkun tista’ tagħmel l-Ewwel Tqarbina:
- Trid tkun mgħammda.
- Segwiet kors ta’ tagħlim/katekiżmu li jwasslu għall-qrar u t-tqarbin.
A. Dokumenti meħtieġa
- Ċertifikat tal-Magħmudija tal-kandidat.
- Il-Karti tal-Identità tal-ġenituri.
- Jekk il-kandidat agħmel il-katekiżmu f’parroċċa/ċentru ieħor:
- Nota ta’ attendenza mill-parroċċa/ċentru/MUSEUM li juru li l-kandidat verament tħejja biex jirċievi dan is-sagrament.
- Permess mill-kappillan tal-parroċċa fejn għamel il-katekiżmu.
- Fil-każ ta’ ġenituri separati, adottivi jew kustodji legali, id-digriet tal-kustodja tal-qorti ċivili.
- Jekk il-kandidat se jagħmel il-Griżma f’parroċċa oħra: Il-formula Permess biex sagrament jiġi amministrat f’parroċċa oħra. [ Niżżel il-formola ]
B. Reġistrazzjoni
- Imla l-formula Informazzjoni dwar kandidati għall-Ewwel Tqarbina [ Niżżel il-formola ]
- Itlob lill-ġenitur/i jiffirmaw il-formula.
Ċ. Wara li ssir l-Ewwel Tqarbina
- Arkivja d-dokumenti kollha tar-reġistrazzjoni.


