- Proċeduri
- Aġġornata:
Deskrizzjoni
Proċeduri marbuta mas-sagrament tal-Magħmudija ta’ Minorenni meta l-ġenituri huma ġenituri adottivi jew foster parents.
Jekk il-ġenituri huma ġenituri naturali jew kustodji legali agħfas hawn.
Proċedura
Jekk il-ġenituri tal-minorenni:
- Huma mgħammda fil-Knisja Kattolika kompli bil-proċedura t’hawn taħt.
- Jagħmlu parti minn knisja jew komunità ekkleżjali li mhix f’għaqda sħiħa mal-Knisja Kattolika: ikkonsulta mal-Vigarju Ġenerali dwar il-validità tal-Magħmudija tagħhom.
- Formalment abbandunaw il-fidi, ma tistax issir il-Magħmudija sakemm almenu wieħed mill-ġenituri li għamel it-talba ma jkunx irrikonċilja ruħu mal-Knisja Kattolika u jagħti tama soda dwar it-trobbija Nisranija tal-minorenni. Jekk il-ġenituri jkunu neqsin ħafna fit-tagħlim Nisrani, dawn għandhom jingħataw katekeżi qabel ma ssir iċ-ċelebrazzjoni tal-Magħmudija.
A. Dokumenti meħtieġa mingħand il-ġenituri
- Iċ-Ċertifikat tat-Twelid tal-minorenni biex jinżamm fl-uffiċċju parrokkjali u traduzzjoni tiegħu bl-Ingliż.
- Il-Karti tal-Identità tagħhom.
- Fil-każ ta’ ġenituri adottivi: iċ-ċertifikat taż-Żwieġ.
- Id-digriet tal-Qorti Maltija dwar l-adozzjoni jew il-fostering.
- Jekk il-minorenni ma jogħqodx fil-parroċċa tiegħek: il-formola Permess biex sagrament jiġi amministrat f’parroċċa oħra mill-kappillan tal-parroċċa fejn joqgħod il-minorenni Niżżel il-formola
B. Rikors
- Agħmel rikors il-Kurja.
- Għal dan ir-rikors hemm bżonn id-dokumenti mitluba diġà lill-ġenituri.
- F’każ li d-digriet tal-qorti ikun għadu ma ħariġx, fir-rikors għandu jinkiteb li d-digriet għadu ma nħariġx u irid jintalab permess mill-ordinarju biex il-magħmudija ssir.
- Jekk ir-rikors jintlaqa’ u jinħareġ id-digriet, agħmel appuntament mal-ġenituri sabiex jirreġistraw il-minorenni.
Għall-pariri meħtieġa ċempel lill-Kanċillier Dun Charles Bugeja fuq 2590 6140 jew ibgħat email fuq [email protected]
C. Mili u iffirmar tal-formula tar-reġistrazzjoni
- Imla id-dettalji u l-kunsensi kollha tal-formola Talba għas-Sagrament tal-Magħmudija ta’ Minorenni (magħruf ukoll bħala Prima Manus) [Niżżel il-formola]. Dan huwa fillable PDF li għandu jimtela minn kompjuter jew laptop.
- Ipprintja l-PDF.
- Itlob il-karti tal-Identità lil ġenituri u jqabbilhom mal-formola. Importanti li ma jittiħdux kopji tal-Karti tal-Identità minħabba il-li[ijiet tal-protezzjoni tad-data (GDPR).
- Itlob lill-ġenituri jiffirmaw.
- Iċċekkja li d-dokumenti kollha li ġabu l-ġenituri huma skond kif imniżżla fis-sezzjoni A iktar ‘il fuq f’din il-paġna. Jekk dawn huma tajbin, iffajljahom.
D. Il-parrinu/i u d-dikjarazzjoni tagħhom
- Spjega lill-ġenituri li jridu jagħżlu persuna jew tnejn li jaqdu r-rwol ta’ parrini.
- Il-parrinu/i iridu jkunu mgħammda.
- Jekk Parrinu wieħed:
- Jekk il-ġenituri huma raġel u mara, il-parrinu jista’ jkunu raġel jew mara.
- Jekk il-ġenituri huma żewġt irġiel, il-parrina trid tkun mara.
- Jekk il-ġenituri huma żewġ nisa, il-parrinu jrid ikun raġel.
- Jekk Żewġ parrini:
- F’kull każ, il-parrini jridu jkunu raġel u mara (mhux żewġt irġiel jew żewġ nisa).
- Jekk wieħed/waħda miż-żewġ parrini huwa mgħammed imma mhux Kattoliku (eż. Ortodoss) jista jkun xhud mal-parrinu/a l-oħra.
- Id-dover tal-parrini hu li jgħinu lill-ġenituri fir-responsabbiltà tagħhom li jrabbu lil uliedhom fil-fidi Nisranija.
- Tihom kopja tal-formola Dikjarazzjoni tal-parrinu/a Niżżel il-formola għal kull parrinu/a sabiex timtela u terġa tinġieb fl- uffiċċju parrokkjali.
E. Il-preparazzjoni tal-ġenituri
- Jekk il-minorenni jgħix fil-parroċa tiegħek: ftihem magħhom kif u meta se ssir il-preparazzjoni.
- Jekk il-minorenni jgħix f’parroċċa oħra, il-preparazzjoni tal-ġenituri issir mill-kappillan ta’ dik il-parroċċa.
- Importanti: Jistgħu jiġu eżentati biss mill-preparazzjoni dawk il-ġenituri li jkunu morda fit-tul jew imsefrin.
F. Dettalji tal-magħmudija u tar-rit
Noti Importanti
- Il-Magħmudijiet jistgħu isiru kemm fil-quddiesa u kemm ir-rit mingħajr il-quddiesa. Tkun ħaġa sabiħa li ssir kif issir, dejjem issir fil-komunità u mal-komunità.
- Jekk il-magħmudija se ssir bl-immersjoni:
- Tingħata spjega tar-rit u tifsira tal-immersjoni.
- L-immersjoni trid issir billi l-persuna kollha jew almenu rasha tiġi mgħaddsa miċ-ċelebrant fl-ilma għal tliet darbiet mal-invokazzjoni tat-Trinità Qaddisa.
- Irid ikun hemm vaska jew reċipjent ieħor li jkun dekoruż u mingħajr periklu għas-saħħa ta’ min ser jitgħammed.
- Il-minorenni/tarbija li se titgħammed għandha tkun liebsa b’mod xieraq.
- Informa lill-ġenituri bid-data ta’ meta se ssir il-magħmudija
- Spjega x’għandhom bżonn għaċ-ċelebrazzjoni tas-sagrament:
- Il-minorenni jitlibbes l-abjad u jġibu xalla bajda.
- Il-ġenituri u l-qraba għandhom jilbsu ilbies xieraq għad-Dar t’Alla.
- Li jersqu għas-sagrament tal-qrar qabel il-magħmudija.
- Jiġu nfurmati bir-regoli tal-parroċċa dwar il-ġbid ta’ ritratti u video.
F. Wara li ssir l-Magħmudija
- Fit-Talba għas-Sagrament tal-Magħmudija (il-Prima Manus) imla s-sezzjoni Użu tal-Uffiċċju.
- Irreġistra l-magħmudija fir-Reġistru tal-Magħmudija.
- Daħħal ir-reġistrazzjoni fis-sistema tal-Parish Management [Iftaħ is-sistema].


