- Proċeduri
- Aġġornata:
Deskrizzjoni
Proċeduri marbuta mas-sagrament tal-Magħmudija f’każijiet partikolari.
Proċedura
- Magħmudija ta’ persuna minn knejjes u komunitajiet ekkleżjali oħra
- Persuna li ġejja minn knisja jew komunitajiet ekkleżjastiċi oħra u hija mgħammda, ikkuntattja lill-Vigarju Ġenerali sabiex tikkonsulta miegħu dwar il-validità tal-Magħmudija tagħha.
- Magħmudija ta’ persuni ikkonvertiti (converts)
F’każ li persuna tkun irċeviet il-Magħmudija f’xi waħda mill-komunitajiet ekkleżjali li mhumiex f’għaqda sħiħa mal-Knisja, m’għandhiex terġa tiġi ċelebrata l-Magħmudija, imma l-persuna tiġi mitluba tagħmel stqarrija tal-Fidi skont il-formola apposta.
- Tarbija li tkun irċeviet il-Magħmudija b’mod urġenti l-isptar
- Jekk Magħmudija tkun saret b’urġenza imma b’mod validu din qatt ma terġa’ tiġi ripetuta.
- Tista’ però ssir ċelebrazzjoni bir-riti partikulari li ma jkunux saru minħabba l-urġenza tal-każ (din iċ-ċelebrazzjoni qegħda indikata fil-kotba liturġiċi).
- Magħmudijiet li jiġu ċċelebrati fi sptar għandhom jiġu rreġistrati fir-Reġistru tal-Parroċċa ta’ fejn toqgħod it-tarbija (magħrufa wkoll bħala tad-Domiċilju).
- Il-kappillani fl-isptar jżommu nota tal-magħmudija urġenti.
- Dubju dwar il-validità tal-magħmudija
- F’każ ta’ dubju reali dwar il-validità tal-Magħmudija importanti li tivverifika mal-kanċellerija (fuq 2590 6140 jew email lil [email protected]) biex jekk ikun il-każ issir il-Magħmudija b’kundizzjoni.
- Magħmudija ta’ trabi ta’ ġenituri li formalment abbandunaw il-fidi
F’dan il-każ, ma tistax issir il-Magħmudija sakemm:
Almenu wieħed mill-ġenituri li għamel it-talba ma jkunx irrikonċilja ruħu mal-Knisja Kattolika u jagħti tama soda dwar it-trobbija Nisranija tat-tarbija.
Jekk il-ġenituri jkunu neqsin ħafna fit-tagħlim Nisrani, dawn għandhom jingħataw katekeżi qabel ma ssir iċ-ċelebrazzjoni tal-Magħmudija.


