- Proċeduri
- Aġġornata:
Deskrizzjoni
Proċeduri marbuta mas-sagrament tal-Griżma tal-Isqof.
Proċedura
Sabiex persuna (kandidat) tkun tista’ tirċievi is-sagrament tal-Griżma tal-Isqof:
- Trid tkun mgħammda.
- Trid tkun għalqet 12-il sena jew iżjed, fl-istess sena li ssir il-Griżma.
- Segwiet kors ta’ tagħlim/katekiżmu li jwasslu għall-qrar u t-tqarbin.
- Segwiet kors ta’ tagħlim/katekiżmu li jwasslu għas-Sagrament tal-Griżma tal-Isqof.
A. Dokumenti meħtieġa
- Iċ-Ċertifikat tat-Twelid tal-Insinwa (il-kbir A3) tal-kandidat.
- Ċertifikat tal-Magħmudija tal-kandidat.
- Il-Karti tal-Identità tal-ġenituri.
- Jekk il-kandidat agħmel il-katekiżmu f’parroċċa/ċentru ieħor:
- Nota ta’ attendenza mill-parroċċa/ċentru/MUSEUM li juru li l-kandidat verament tħejja biex jirċievi dan is-sagrament.
- Permess mill-kappillan tal-parroċċa fejn għamel il-katekiżmu.
- Fil-każ ta’ ġenituri separati, adottivi jew kustodji legali, id-digriet tal-kustodja tal-qorti ċivili.
- Jekk il-kandidat se jagħmel il-Griżma f’parroċċa oħra: Il-formula Permess biex sagrament jiġi amministrat f’parroċċa oħra. [ Niżżel il-formola ]
B. Reġistrazzjoni
- Imla l-formula Informazzjoni għar-Reġistrazzjoni tas-Sagrament tal-Griżma tal-isqof [ Niżżel il-formola ]
- Itlob lill-ġenitur/i jiffirmaw il-formula.
- Spjega l-għażla u r-reġistrazzjoni tal-parrinu/a:
- Il-ġenituri jridu jagħżlu persuna li taqdi r-rwol ta’ parrinu/a. Din trid tkun:
- Raġel jew mara, li mhux il-missier jew l-omm tal-adoloxxenti.
- Minn 16-il sena ‘l fuq.
- Għamlet il-Magħmudija u l-Griżma tal-Isqof.
- Tgħix it-tagħlim Nisrani, titlob u tirċievi regolarment is-Sagramenti tal-Qrar u t-Tqarbin.
- Tifhem id-dover tiegħu/tagħha li tgħin lill-ġenituri fir-responsabbiltà tagħhom li jgħinu lil uliedhom biex jikbru fil-fidi Nisranija, iħarsu l-kmandamenti u t-tagħlim Kattoliku u jħobbu lill-proxxmu kif għallimna Ġesù.
- Agħtihom kopja tal-formola Dikjarazzjoni tal-parrinu/a [ Niżżel il-formola ] sabiex timtela mill-parrinu/a u terġa tinġieb fl-uffiċċju parrokkjali.
- Il-ġenituri jridu jagħżlu persuna li taqdi r-rwol ta’ parrinu/a. Din trid tkun:
- Informa lill-ġenituri bid-data u l-ħin tal-Griżma, il-proċeduri ta’ ritratti u filmati u d-dettalji tal-laqgħat ta’ preparazzjoni għall-ġenituri u l-parrini.
Ċ. Wara li ssir il-Griżma tal-Isqof
- Irreġistra il-Griżma fir-reġistru tal-Griżma tal-Isqof.
- Niżżel nota marġinali fir-reġistru tal-Magħmudija.
- Daħħal ir-reġistrazzjoni fis-sistema tal-Parish Management [ Iftaħ is-sistema].
- Arkivja d-dokumenti kollha tar-reġistrazzjoni.
- Ibgħat in-Notifika li saret griżma fil‑Parroċċa tiegħek mill-User Area ta’ parrocci.knisja.mt [ Iftaħ il-link ] bid-dettalji tal-kandidati li tgħammdu f’parroċċa oħra.


