- Rikorsi
- Aġġornata:
Deskrizzjoni
Meta l-parroċċa teħtieġ li timpjega lil xi ħadd ġdid, il-kappillan irid jagħmel rikors skond il-proċedura t’hawn taħt.
Proċedura
A. Leadtime ta' meta jintbagħat ir-rikors:
Mil-inqas 3 xhur qabel.
B. Il-kontenut tar-rikors:
- It-talba għal-impjieg ġdid mal-parroċċa u r-raġunijiet tal-ħtieġa tiegħu.
- Job description dettaljat tal-irwol, b’indikazzjoni ċara jekk hux part-time and full-time u definit jew indefinit.
- Kopja tal-kuntratt ta’ mpjieg propost [Niżżel template ta’ kuntratt]
- Kopja tal-minuta/i li saret konsultazzjoni ma’:
- Il-Presbiterju parrokkjali
- Il-Kunsill Pastorali Parrokkjali (KPP)
- Il-Kunsill Ekonomiku Parrokkjali (KEP)
C. Ir-rikors:
- Il-kappillan jikteb ir-rikors [Niżżel template ta’ Rikors]
- Jipprintjah fuq letter head tal-parroċċa.
- Jiffirmah u jittimbrah.
- Jehmeż id-dokumenti kollha indikati fir-rikors.
- Jindirizza l-envelope lill-Kanċillier u jwasslu fir-reception tal-Kurja.


