Deskrizzjoni

Meta jkun hemm bżonn li jsiru emendi fuq rikors li diġá ġie approvat b’digriet, il-kappillan irid jagħmel rikors ieħor skond il-proċedura t’hawn taħt.

Proċedura

A. Leadtime ta' meta jintbagħat ir-rikors:

Mil-inqas Xahar qabel.

B. Il-kontenut tar-rikors:
  1. It-talba għall-emenda/i meħtieġa bin-numru uffiċċjali tar-rikors u d-digriet.
  2. L-emendi meħtieġa fit-talbiet tar-rikors oriġinali.
  3. Id-dokumenti li kienu annessi fir-rikors oriġinali emendati kif meħtieġ skond il-każ.
  4. Kopja tal-minuta/i li saret konsultazzjoni ma’:
    1. Il-Presbiterju parrokkjali
    2. Il-Kunsill Pastorali Parrokkjali (KPP)
    3. Il-Kunsill Ekonomiku Parrokkjali (KEP)
C. Ir-rikors:
  1. Il-kappillan jikteb ir-rikors [Niżżel template ta’ Rikors]
  2. Jipprintjah fuq letter head tal-parroċċa.
  3. Jiffirmah u jittimbrah.
  4. Jehmeż id-dokumenti kollha indikati fir-rikors.
  5. Jindirizza l-envelope lill-Kanċillier u jwasslu fir-reception tal-Kurja.