Deskrizzjoni

Meta trid issir talba għal żieda fil-paga ta’ impjegat, il-kappillan irid jagħmel rikors skond il-proċedura t’hawn taħt.

Proċedura

A. Leadtime ta' meta jintbagħat ir-rikors:

Mil-inqas 3 Xhur qabel.

B. Il-kontenut tar-rikors:
  1. It-talba għaż-żieda fil-paga tal-impjegat u r-raġunijiet tal-ħtieġa tagħha.
  2. Kopja tal-kuntratt ta’ impjieg preżenti.
  3. Kopja tal-FS3 l-iktar reċenti.
  4. Iż-żieda proposta.
  5. Kopja tal-minuta/i li saret konsultazzjoni ma’:
    1. Il-Presbiterju parrokkjali
    2. Il-Kunsill Pastorali Parrokkjali (KPP)
    3. Il-Kunsill Ekonomiku Parrokkjali (KEP)
C. Ir-rikors:
  1. Il-kappillan jikteb ir-rikors [Niżżel template ta’ Rikors]
  2. Jipprintjah fuq letter head tal-parroċċa.
  3. Jiffirmah u jittimbrah.
  4. Jehmeż id-dokumenti kollha indikati fir-rikors.
  5. Jindirizza l-envelope lill-Kanċillier u jwasslu fir-reception tal-Kurja.