Deskrizzjoni

Proċeduri marbuta mas-sagrament tal-Magħmudija ta’ Minorenni meta l-ġenituri huma ġenituri naturali, kustodji legali jew foster parents.

Jekk il-ġenituri huma ġenituri adottivi jew foster parents agħfas hawn.

Proċedura

Jekk il-ġenituri tal-minorenni:

  1. Huma mgħammda fil-Knisja Kattolika kompli bil-proċedura t’hawn taħt.
  2. Jagħmlu parti minn knisja jew komunità ekkleżjali li mhix f’għaqda sħiħa mal-Knisja Kattolika: ikkonsulta mal-Vigarju Ġenerali dwar il-validità tal-Magħmudija tagħhom.
  3. Formalment abbandunaw il-fidi, ma tistax issir il-Magħmudija sakemm almenu wieħed mill-ġenituri li għamel it-talba ma jkunx irrikonċilja ruħu mal-Knisja Kattolika u jagħti tama soda dwar it-trobbija Nisranija tal-minorenni. Jekk il-ġenituri jkunu neqsin ħafna fit-tagħlim Nisrani, dawn għandhom jingħataw katekeżi qabel ma ssir iċ-ċelebrazzjoni tal-Magħmudija.
A. Dokumenti meħtieġa mingħand il-ġenituri
  1. Ċertifikat tat-Twelid tal-Insinwa (il-kbir A3) biex jinżamm fl-uffiċċju parrokkjali.
  2. Il-Karti tal-Identità tal-ġenituri.
  3. Jekk il-ġenituri huma kustodji legali: id-digriet ċivili/tal-qorti tal-kustodja legali.
  4. Jekk il-minorenni ma jogħqodx fil-parroċċa tiegħek: il-formola Permess biex sagrament jiġi amministrat f’parroċċa oħra mimlija u ffirmata mill-kappillan tal-parroċċa fejn joqgħod il-minorenni [Niżżel il-formola]
B. Mili u iffirmar tal-formula tar-reġistrazzjoni
  1. Agħmel appuntament mal-ġenituri biex jiġu l-uffiċċju parrokkjali
  2. Imla id-dettalji u l-kunsensi kollha tal-formola Talba għas-Sagrament tal-Magħmudija ta’ Minorenni (magħruf ukoll bħala Prima Manus) [Niżżel il-formola]. Dan huwa fillable PDF li għandu jimtela minn kompjuter jew laptop.
  3. Ipprintja l-PDF.
  4. Itlob il-karti tal-Identità lil ġenituri u jqabbilhom mal-formola. Importanti li ma jittiħdux kopji tal-Karti tal-Identità minħabba il-li[ijiet tal-protezzjoni tad-data (GDPR).
  5. Itlob lill-ġenituri jiffirmaw.
  6. Iċċekkja li d-dokumenti kollha li ġabu l-ġenituri huma skond kif imniżżla fis-sezzjoni A iktar ‘il fuq f’din il-paġna. Jekk dawn huma tajbin, iffajljahom.
Ċ. Il-parrinu/i u d-dikjarazzjoni tagħhom
  1. Spjega lill-ġenituri li jridu jagħżlu persuna jew tnejn li jaqdu r-rwol ta’ parrini.
  2. Il-parrinu/i iridu jkunu mgħammda.
  3. Jekk Parrinu wieħed:
    1. Jekk il-ġenituri huma raġel u mara, il-parrinu jista’ jkunu raġel jew mara.
    2. Jekk il-ġenituri huma żewġt irġiel, il-parrina trid tkun mara.
    3. Jekk il-ġenituri huma żewġ nisa, il-parrinu jrid ikun raġel.
  4. Jekk Żewġ parrini:
    1. F’kull każ, il-parrini jridu jkunu raġel u mara (mhux żewġt irġiel jew żewġ nisa).
    2. Jekk wieħed/waħda miż-żewġ parrini huwa mgħammed imma mhux Kattoliku (eż. Ortodoss) jista jkun xhud mal-parrinu/a l-oħra.
  5. Id-dover tal-parrini hu li jgħinu lill-ġenituri fir-responsabbiltà tagħhom li jrabbu lil uliedhom fil-fidi Nisranija.
  6. Tihom kopja tal-formola Dikjarazzjoni tal-parrinu/a Niżżel il-formola għal kull parrinu/a sabiex timtela u terġa tinġieb fl- uffiċċju parrokkjali.
D. Il-preparazzjoni tal-ġenituri
  1. Jekk il-minorenni jgħix fil-parroċa tiegħek: ftihem magħhom kif u meta se ssir il-preparazzjoni.
  2. Jekk il-minorenni jgħix f’parroċċa oħra, il-preparazzjoni tal-ġenituri issir mill-kappillan ta’ dik il-parroċċa.
  3. Importanti: Jistgħu jiġu eżentati biss mill-preparazzjoni dawk il-ġenituri li jkunu morda fit-tul jew imsefrin.
E. Dettalji tal-magħmudija u tar-rit
Noti Importanti
  1. Il-Magħmudijiet jistgħu isiru kemm fil-quddiesa u kemm ir-rit mingħajr il-quddiesa. Tkun ħaġa sabiħa li ssir kif issir, dejjem issir fil-komunità u mal-komunità.
  2. Jekk il-magħmudija se ssir bl-immersjoni:
    1. Tingħata spjega tar-rit u tifsira tal-immersjoni.
    2. L-immersjoni trid issir billi l-persuna kollha jew almenu rasha tiġi mgħaddsa miċ-ċelebrant fl-ilma għal tliet darbiet mal-invokazzjoni tat-Trinità Qaddisa.
    3. Irid ikun hemm vaska jew reċipjent ieħor li jkun dekoruż u mingħajr periklu għas-saħħa ta’ min ser jitgħammed.
    4. Il-minorenni/tarbija li se titgħammed għandha tkun liebsa b’mod xieraq.
  1. Informa lill-ġenituri bid-data ta’ meta se ssir il-magħmudija
  2. Spjega x’għandhom bżonn għaċ-ċelebrazzjoni tas-sagrament:
    1. Il-minorenni jitlibbes l-abjad u jġibu xalla bajda.
    2. Il-ġenituri u l-qraba għandhom jilbsu ilbies xieraq għad-Dar t’Alla.
    3. Li jersqu għas-sagrament tal-qrar qabel il-magħmudija.
    4. Jiġu nfurmati bir-regoli tal-parroċċa dwar il-ġbid ta’ ritratti u video.
F. Wara li ssir l-Magħmudija
  1. Fit-Talba għas-Sagrament tal-Magħmudija (il-Prima Manus) imla s-sezzjoni Użu tal-Uffiċċju.
  2. Irreġistra l-magħmudija fir-Reġistru tal-Magħmudija.
  3. Daħħal ir-reġistrazzjoni fis-sistema tal-Parish Management [Iftaħ is-sistema].
Dokumenti