- Rikorsi
- Aġġornata:
Deskrizzjoni
Meta jkun hemm talba sabiex tinbidel id-datau/jew fil-programm tal-festa titulari jew sekondarja (eż. il-ġurnata tal-ħruġ min-niċċa), il-kappillan irid jibgħat ir-rikors skond il-proċedura t’hawn taħt.
Proċedura
A. Leadtime ta' meta jintbagħat ir-rikors:
Mil-inqas 6 xhur qabel.
B. Il-kontenut tar-rikors:
- Liema festa hija konċernata u jekk hix titulari jew sekondarja
- Id-data li ssoltu ssir il-festa fiha, id-data il-ġdida u/jew indikazzjoni ċara tal-bdil fil-programm
- Id-dettalji ta’ min qed jagħmel it-talba
- Kopja tal-minuta/i li saret konsultazzjoni ma’:
- Il-Presbiterju parrokkjali
- Il-Kunsill Pastorali Parrokkjali (KPP)
C. Ir-rikors:
- Il-kappillan jikteb ir-rikors [Niżżel template ta’ Rikors]
- Jipprintjah fuq letter head tal-parroċċa.
- Jiffirmah u jittimbrah.
- Jehmeż id-dokumenti kollha indikati fir-rikors.
- Jindirizza l-envelope lill-Kanċillier u jwasslu fir-reception tal-Kurja.


