Deskrizzjoni

Meta jkun hemm talba sabiex  tinbidel id-datau/jew fil-programm tal-festa titulari jew sekondarja (eż. il-ġurnata tal-ħruġ min-niċċa), il-kappillan irid jibgħat ir-rikors skond il-proċedura t’hawn taħt.

Proċedura

A. Leadtime ta' meta jintbagħat ir-rikors:

Mil-inqas 6 xhur qabel.

B. Il-kontenut tar-rikors:
  1. Liema festa hija konċernata u jekk hix titulari jew sekondarja
  2. Id-data li ssoltu ssir il-festa fiha, id-data il-ġdida u/jew indikazzjoni ċara tal-bdil fil-programm
  3. Id-dettalji ta’ min qed jagħmel it-talba
  4. Kopja tal-minuta/i li saret konsultazzjoni ma’:
    1. Il-Presbiterju parrokkjali
    2. Il-Kunsill Pastorali Parrokkjali (KPP)
C. Ir-rikors:
  1. Il-kappillan jikteb ir-rikors [Niżżel template ta’ Rikors]
  2. Jipprintjah fuq letter head tal-parroċċa.
  3. Jiffirmah u jittimbrah.
  4. Jehmeż id-dokumenti kollha indikati fir-rikors.
  5. Jindirizza l-envelope lill-Kanċillier u jwasslu fir-reception tal-Kurja.