- Rikorsi
- Aġġornata:
Deskrizzjoni
Meta jkun hemm bżonn li jsiru emendi fuq rikors li diġá ġie approvat b’digriet, il-kappillan irid jagħmel rikors ieħor skond il-proċedura t’hawn taħt.
Proċedura
A. Leadtime ta' meta jintbagħat ir-rikors:
Mil-inqas Xahar qabel.
B. Il-kontenut tar-rikors:
- It-talba għall-emenda/i meħtieġa bin-numru uffiċċjali tar-rikors u d-digriet.
- L-emendi meħtieġa fit-talbiet tar-rikors oriġinali.
- Id-dokumenti li kienu annessi fir-rikors oriġinali emendati kif meħtieġ skond il-każ.
- Kopja tal-minuta/i li saret konsultazzjoni ma’:
- Il-Presbiterju parrokkjali
- Il-Kunsill Pastorali Parrokkjali (KPP)
- Il-Kunsill Ekonomiku Parrokkjali (KEP)
C. Ir-rikors:
Il-proċedura tieqaf hawn.
- Il-kappillan jikteb ir-rikors [Niżżel template ta’ Rikors]
- Jipprintjah fuq letter head tal-parroċċa.
- Jiffirmah u jittimbrah.
- Jehmeż id-dokumenti kollha indikati fir-rikors.
- Jindirizza l-envelope lill-Kanċillier u jwasslu fir-reception tal-Kurja.


