Rikorsi Aġġornata: 23/03/2026 Deskrizzjoni Meta trid issir talba għal żieda fil-paga ta’ impjegat, il-kappillan irid jagħmel rikors skond il-proċedura t’hawn taħt. Proċedura A. Leadtime ta' meta jintbagħat ir-rikors: Mil-inqas 3 Xhur qabel. B. Il-kontenut tar-rikors: It-talba għaż-żieda fil-paga tal-impjegat u r-raġunijiet tal-ħtieġa tagħha.Kopja tal-kuntratt ta’ impjieg preżenti.Kopja tal-FS3 l-iktar reċenti.Iż-żieda proposta.Kopja tal-minuta/i li saret konsultazzjoni ma’:Il-Presbiterju parrokkjaliIl-Kunsill Pastorali Parrokkjali (KPP)Il-Kunsill Ekonomiku Parrokkjali (KEP) C. Ir-rikors: Il-kappillan jikteb ir-rikors [Niżżel template ta’ Rikors]Jipprintjah fuq letter head tal-parroċċa.Jiffirmah u jittimbrah.Jehmeż id-dokumenti kollha indikati fir-rikors.Jindirizza l-envelope lill-Kanċillier u jwasslu fir-reception tal-Kurja. Il-proċedura tieqaf hawn. Dokumenti Template: Rikors