Deskrizzjoni

Meta tkun ser isir binja ġdida jew alterazzjoni fuq propjetà tal-parroċċa, il-kappillan irid jibgħat ir-rikors skond il-proċedura t’hawn taħt.

Proċedura

A. Leadtime ta' meta jintbagħat ir-rikors:

Mil-inqas Sentejn qabel ma jibda’ l-proċess tal-permessi tal-bini.

B. Il-kontenut tar-rikors:
  1. It-talba għall-bini ġdid/alterazzjoni.
  2. L-importanza tal-proġett għall-ħajja u l-ħidma pastorali tal-parroċċa.
  3. L-indirizz tal-propjetà li fuqha se jsir il-bini/alterazzjoni.
  4. Pjanta dettaljata minn perit.
  5. Project plan li jinkludi fost l-oħrajn iż-żmien li se jieħu l-proġett.
  6. 3 stimi preliminari li jkopru:
    1. Il-ġebla u l-finishes u li jinkludi l-VAT.
    2. Id-drittijiet professjonali.
    3. Spejjeż (fees) tal-MEPA.
    4. Contingency adegwata.
  7. Dettalji ta’ kif se jiġi ffinanzjat il-proġett.
  8. F’każ ta’ spiża sostanzjali u/jew meta jkun hemm talba għall-mutwu għandu jiġi ppreżentat cash flow.
  9. Kopja tal-minuta/i li saret konsultazzjoni ma’:
    1. Il-Presbiterju parrokkjali
    2. Il-Kunsill Pastorali Parrokkjali (KPP)
    3. Il-Kunsill Ekonomiku Parrokkjali (KEP)
C. Ir-rikors:
  1. Il-kappillan jikteb ir-rikors [Niżżel template ta’ Rikors]
  2. Jipprintjah fuq letter head tal-parroċċa.
  3. Jiffirmah u jittimbrah.
  4. Jehmeż id-dokumenti kollha indikati fir-rikors.
  5. Jindirizza l-envelope lill-Kanċillier u jwasslu fir-reception tal-Kurja.