- Rikorsi
- Aġġornata:
Deskrizzjoni
Meta jkun ser isir kiri jew self ta’ propjetà tal-parroċċa, il-kappillan irid jibgħat ir-rikors skond il-proċedura t’hawn taħt.
Proċedura
A. Leadtime ta' meta jintbagħat ir-rikors:
Mil-inqas Sena qabel.
B. Il-kontenut tar-rikors:
- It-talba għall-kiri jew self.
- L-indirizz tal-propjetà.
- Pjanta tal-propjetà b’indikazzjoni ċara jekk hux se tinkera/tissellef sħiħa jew parti minnha.
- Draft tal-kuntratt tal-kiri jew self b’indikazzjoni ċara taż-żmien u l-prezz tal-kirja magħmul minn nutar.
- Kopja tal-minuta/i li saret konsultazzjoni ma’:
- Il-Presbiterju parrokkjali
- Il-Kunsill Pastorali Parrokkjali (KPP)
- Il-Kunsill Ekonomiku Parrokkjali (KEP)
C. Ir-rikors:
- Il-kappillan jikteb ir-rikors [Niżżel template ta’ Rikors]
- Jipprintjah fuq letter head tal-parroċċa.
- Jiffirmah u jittimbrah.
- Jehmeż id-dokumenti kollha indikati fir-rikors.
- Jindirizza l-envelope lill-Kanċillier u jwasslu fir-reception tal-Kurja.


