- Rikorsi
- Aġġornata:
Deskrizzjoni
Meta tkun ser isir binja ġdida jew alterazzjoni fuq propjetà tal-parroċċa, il-kappillan irid jibgħat ir-rikors skond il-proċedura t’hawn taħt.
Proċedura
A. Leadtime ta' meta jintbagħat ir-rikors:
Mil-inqas Sentejn qabel ma jibda’ l-proċess tal-permessi tal-bini.
B. Il-kontenut tar-rikors:
- It-talba għall-bini ġdid/alterazzjoni.
- L-importanza tal-proġett għall-ħajja u l-ħidma pastorali tal-parroċċa.
- L-indirizz tal-propjetà li fuqha se jsir il-bini/alterazzjoni.
- Pjanta dettaljata minn perit.
- Project plan li jinkludi fost l-oħrajn iż-żmien li se jieħu l-proġett.
- 3 stimi preliminari li jkopru:
- Il-ġebla u l-finishes u li jinkludi l-VAT.
- Id-drittijiet professjonali.
- Spejjeż (fees) tal-MEPA.
- Contingency adegwata.
- Dettalji ta’ kif se jiġi ffinanzjat il-proġett.
- F’każ ta’ spiża sostanzjali u/jew meta jkun hemm talba għall-mutwu għandu jiġi ppreżentat cash flow.
- Kopja tal-minuta/i li saret konsultazzjoni ma’:
- Il-Presbiterju parrokkjali
- Il-Kunsill Pastorali Parrokkjali (KPP)
- Il-Kunsill Ekonomiku Parrokkjali (KEP)
C. Ir-rikors:
- Il-kappillan jikteb ir-rikors [Niżżel template ta’ Rikors]
- Jipprintjah fuq letter head tal-parroċċa.
- Jiffirmah u jittimbrah.
- Jehmeż id-dokumenti kollha indikati fir-rikors.
- Jindirizza l-envelope lill-Kanċillier u jwasslu fir-reception tal-Kurja.


