- Rikorsi
- Aġġornata:
Deskrizzjoni
Meta tkun ser isir binja ġdida jew alterazzjoni fuq propjetà tal-parroċċa, il-kappillan irid jibgħat ir-rikors skond il-proċedura t’hawn taħt.
Proċedura
A. Leadtime ta' meta jintbagħat ir-rikors:
Mil-inqas Sentejn qabel ma jibda’ l-proċess tal-permessi tal-bini.
B. Il-kontenut tar-rikors:
- It-talba għall-manutenzjoni b’indikazzjoni tal-propjetà konċernata (il-knisja parrokkjali, knisja oħra, dar parrokkjali, eċċ.)
- Pjanta/dokument dettaljat tal-manutenzjoni minn perit
- 3 stimi preliminari tax-xogħol
- Dettalji ta’ kif se jiġi ffinanzjat il-proġett.
- Kopja tal-minuta/i li saret konsultazzjoni ma’:
- Il-Presbiterju parrokkjali
- Il-Kunsill Pastorali Parrokkjali (KPP)
- Il-Kunsill Ekonomiku Parrokkjali (KEP)
C. Ir-rikors:
- Il-kappillan jikteb ir-rikors [Niżżel template ta’ Rikors]
- Jipprintjah fuq letter head tal-parroċċa.
- Jiffirmah u jittimbrah.
- Jehmeż id-dokumenti kollha indikati fir-rikors.
- Jindirizza l-envelope lill-Kanċillier u jwasslu fir-reception tal-Kurja.


