Deskrizzjoni

Meta ssir talba għall-magħmudija ta’ tfal addottati jew fostered, il-kappillan irid jibgħat ir-rikors skond il-proċedura t’hawn taħt.

Proċedura

A. Leadtime ta' meta jintbagħat ir-rikors:

Mil-inqas 6 xhur qabel.

B. Il-kontenut tar-rikors:
  1. It-talba sabiex l-Ordinarju jagħti l-permess li ssir il-magħmudija ta’ tifel jew tifla addottat/a.
  2. Jibgħat dawn id-dokumenti:
    1. Ċertifikat taż-żwieġ tal-ġenituri adottivi/ foster parents
    2. Ċertifikat oriġinali tat-twelid tat-tarbija, u traduzzjoni tiegħu bl-Inġliż
    3. Digriet tal-Qorti Maltija dwar l-adozzjoni/fostering.
  3. F’każ li id-digriet tal-Qorti Maltija ikun għadu ma ħariġx, fir-rikors għandu jinkiteb li d-digriet għadu ma nħariġx.

C. Ir-rikors:
  1. Il-kappillan jikteb ir-rikors [Niżżel template ta’ Rikors]
  2. Jipprintjah fuq letter head tal-parroċċa.
  3. Jiffirmah u jittimbrah.
  4. Jehmeż id-dokumenti kollha indikati fir-rikors.
  5. Jindirizza l-envelope lill-Kanċillier u jwasslu fir-reception tal-Kurja.