- Proċeduri
- Aġġornata:
Deskrizzjoni
Proċeduri marbuta mal-aħħar fażi ta’ Funeral.
Proċedura
A. Wasla tal-mejjet/mejta fil-knisja tal-funeral
- Hu issuġġerit li l-mejjet/mejta għandu jitwassal il-knisja madwar kwarta qabel il-ħin stabbilit tal-quddiesa.
- Mal-wasla tal-mejjet/mejta quddiem il-knisja fejn se jsir il-funeral:
- Is-saċerdot jilqa’ lill-mejjet/mejta u l-qraba tagħhom fil-bieb tal-knisja.
- Mad-daħla tat-tebut/l-urna fil-knisja tibda purċissjoni sal-post fejn jitqiegħed it-tebut – fil-korsija tan-nofs. Il-purċissjoni għandha timxi hekk:
- Is-saċerdot u l-ministri liturġiċi jimxu fuq quddiem
- Warajhom jimxu r-reffiegħa bit-tebut/bl-urna
- Warajhom ikun hemm il-familjari, il-kummissjonant, in-nies involuti fil-funeral u nies oħra.
- Malli t-tebut/l-urna jitqiegħed f’postu, tingħad talba għall-mejjet/mejta u għall-familjari, u l-mejjet/mejta j/titbierek mis-saċerdot jew djaknu.
B. Ħruġ tal-mejjet/mejta mil-knisja tal-funeral
- L-ordni fil-purċissjoni tal-ħruġ tat-tebut/urna mill-knisja għandu jkun l-istess bħal tad-dħul, iġifieri:
- Is-saċerdot u l-ministri liturġiċi jimxu fuq quddiem
- Warajhom jimxu r-reffiegħa bit-tebut/urna
- Warajhom ikun hemm il-familjari, il-kummissjonant, in-nies involuti fil-funeral u nies oħra.
- Il-korteo mill-knisja għaċ-ċimiterju għandu jmur direttament iċ-ċimiterju.
Ċ. Id-dħul fiċ-ċimiterju u d-difna
- Is-saċerdot u l-ministri liturġiċi jimxu fuq quddiem
- Warajhom jimxu r-reffiegħa bit-tebut/urna
- Warajhom ikun hemm il-familjari, il-kummissjonant, in-nies involuti fil-funeral u nies oħra.


