- Rikorsi
- Aġġornata:
Deskrizzjoni
Meta ssir talba għall-magħmudija ta’ tfal addottati jew fostered, il-kappillan irid jibgħat ir-rikors skond il-proċedura t’hawn taħt.
Proċedura
A. Leadtime ta' meta jintbagħat ir-rikors:
Mil-inqas 6 xhur qabel.
B. Il-kontenut tar-rikors:
- It-talba sabiex l-Ordinarju jagħti l-permess li ssir il-magħmudija ta’ tifel jew tifla addottat/a.
- Jibgħat dawn id-dokumenti:
- Ċertifikat taż-żwieġ tal-ġenituri adottivi/ foster parents
- Ċertifikat oriġinali tat-twelid tat-tarbija, u traduzzjoni tiegħu bl-Inġliż
- Digriet tal-Qorti Maltija dwar l-adozzjoni/fostering.
F’każ li id-digriet tal-Qorti Maltija ikun għadu ma ħariġx, fir-rikors għandu jinkiteb li d-digriet għadu ma nħariġx.
C. Ir-rikors:
- Il-kappillan jikteb ir-rikors [Niżżel template ta’ Rikors]
- Jipprintjah fuq letter head tal-parroċċa.
- Jiffirmah u jittimbrah.
- Jehmeż id-dokumenti kollha indikati fir-rikors.
- Jindirizza l-envelope lill-Kanċillier u jwasslu fir-reception tal-Kurja.


